Friday, December 13, 2024

571 ħaddiem tal-Air Malta japplikaw għal impjieg alternattiv

Aqra wkoll

In-numru totali ta’ applikazzjonijiet għall-Iskema Volontarja ta’ Trasferiment tal-Impjegati fi ħdan l-Air Malta li għalqet il-Ġimgħa li għaddiet, sabiex in-numru ta’ impjegati tal-Kumpanija jkun addattat skont kemm hu meħtieġ, ammonta għal 571 minn total ta’ 824 impjegat eliġibbli esklużi l-bdoti. 

L-Iskema kienet miftuħa għall-impjegati kollha tal-Kumpanija. Din l-iskema kienet waħda minn tmien opportunitajiet ta’ titjib fl-ispejjeż identifikati mil-linja tal-ajru u l-konsulenti strateġiċi esterni maħtura mill-azzjonist. In-numru ta’ impjegati tal-Kumpanija addattat skond kemm hu meħtieġ, ġie vvalutat fuq bażi ta’ funzjoni b’funzjoni u allinjat sal-punt u l-iskala tal-operat ippjanat tagħha u ma’ linji tal-ajru komparabbli oħra. 

L-Air Malta rringrazzjat lill-Unions rispettivi, lir-rappreżentanti tagħhom u lill-impjegati tagħha għax fehmu s-sitwazzjoni matul in-negozjati li wasslu għat-tnedija b’suċċess tal-Iskema ta’ Trasferiment Volontarju tal-Impjegati li hija element importanti fl-aħħar pjan estensiv ta’ ristrutturar tagħha biex tibni fuq ir-reputazzjoni tajba tagħha u sabiex il-linja tal-ajru tkun finanzjarjament vijabbli u sostenibbli fit-tul. 

Ekonomija

Sport