Monday, November 11, 2024

59 persuna jinqatlu fi splużjoni f’moskea fil-Pakistan

Aqra wkoll

Minn tal-inqas 59 persuna nqatlu fi splużjoni li apparentament kienet immirata li toqtol uffiċjali tal-Pulizija li kienu qegħdin jitolbu f’moskea f’Peshawar fil-Pakistan.

Il-kap tal-pulizija f’Peshawar; Muhammad Ijaz Khan qal li fil-ħin tal-isplużjoni kien hemm bejn 300 u 400 uffiċjal tal-pulizija li kienu fil-moskea. 

Il-Prim Ministru Shehbaz Sharif qal li t-terroristi jridu jikkawżaw biża’ billi jattakkaw lil dawk li jwettqu dmirhom billi jiddefendu lill-pajjiż. Huwa żar il-post biex jingħata l-aħħar dettalji b’rabta mal-każ u mistenni jżur ukoll lil dawk li ndarbu.

Rapporti mhux konfermati qalu li raġel li kien bilqiegħda fuq quddiem fil-moskea sploda lilu nnifsu u għalkemm għadha għaddejja l-operazzjoni ta’ salvataġġ s’issa l-vittmi konfermati huma 59 u mal-160 oħra midrubin.

Sport