Monday, May 20, 2024

62 sena mill-mewt ta’ Twanny Aquilina

Aqra wkoll

Bħal lum 62 sena ilu, il-Belt Valletta u Malta kienu xxukkjati. Dan wara li sar magħruf li Twanny Aquilina, tifel ta’ tmien snin, instab maqtul fid-dar tal-ġenituri tiegħu. Delitt li għadu joħloq kontroversja sal-lum. L-avukat Malti Awstraljan, Carmel Chetcuti, li kien jgħix fil-viċinanzi, jiddikjara li għadu ta’ kull sena meta jiġi Malta, jgħaddi mill-post fejn inqatel.

It-tifel instab f’għadira demm. Għonqu kien imħanxar ’sikkina tal-ħobż, tant li rasu kienet kważi se tinqata’ barra. 

Is-suspettati kienu primarjament ommu stess, Luigia Camilleri, magħrufa bħala Ġiġa, u r-raġel tagħha Leli. 

Dan id-delitt hemm ħafna kontroversji dwar. Hemm min iqisu bħala każ bħala konkluż. Dawn jemmnu li kienu Ġiġa u Leli li qatlu lit-tifel. Hemm oħrajn imma li jemmnu li weħlu l-ħabs nies innoċenti. 

Ġiġa minn dejjem ċaħdet l-akkużi iżda hi kienet nstabet ħatja, flimkien mar-raġel tagħha Leli, tal-mewt ta’ bin-ha. Leli ngħata sentenza ta’ 20 sena priġunerija b’xogħol iebes filwaqt li Ġiġa ngħatat il-piena kapitali. Però, l-piena ta’ Ġiġa ġiet appellata u nbidlet biex tingħata sentenza ta’ priġunerija għal għomorha. 

Huma diversi dawk li f’xi saram, jitolbu lil Twanny Aquilina, li jqisuh bħala “tfajjel qaddis”. 

Sport