Friday, December 13, 2024

62% tal-Amerikani ma jridux li jirritornaw lura l-uffiċċju

Aqra wkoll

73% imħassba dwar il-livell ta’ ndafa fuq ix-xogħol bħala protezzjoni kontra Covid-19

Huwa fatt magħruf li l-pandemija tal-COVID-19 dawwret il-mod ta’ kif ngħixu u naħdmu. Huma ħafna studjużi li bħalissa qegħdin jirriċerkaw u jaraw kif il-pandemija qiegħda tolqot lill-bniedem.

Fi studju li sar fl-Istati Uniti rriżulta li 73% tal-ħaddiema huma mħassba dwar il-livell ta’ ndafa fuq il-post tax-xogħol. Fil-fatt, jidher li l-ħaddiema huma preokkupati b’dawk l-affarijiet li mhumiex fil-kontroll tagħhom bħal pereżempju l-indafa ħolistika fuq il-post tax-xogħol.

L-istudju jgħid ukoll li skont ma’ wieġbu l-parteċipanti, 62% tal-Amerikani huma komdi jaħdmu mid-dar u mhumiex daqstant entużjasti li jirritorna wara l-iskrivanija fuq il-post tax-xogħol. Statistika notevoli oħra hija li wieħed minn kull tliet impjegati jridu li min  iħaddimhom jitlobhom iċ-ċertifikat tal-vaċċin qabel ma jirritornaw biex jerġgħu jaħdmu fuq il-post tax-xogħol.

Ekonomija

Sport