Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 539 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 265 persuna.
L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 6,231.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija tela’ għal 741 wara li fil-lejl ta’ bejn l-Erbgħa u l-Ħamis kien irrappurtat li mietet persuna waħda waqt li kienet pożittiva għall-virus.