Saturday, November 16, 2024

65 immigrant minn fost dawk li ddaħħlu lbieraħ jirriżultaw pożittivi għall-Covid-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa ftit tal-ħin ilu mill-uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa ntqal li l-94 immigrant li lbieraħ iddaħħlu Malta ġew iżolati u sarilhom swabbed test għall-Covid19. S’issa, huma disponibbli r-riżultati tat-testijiet li saru fuq 85 immigrant. 65 minn dawn il-85 immigrant ittestjaw pożittiv.

Bħalma hija l-proċedura normali, l-immigranti li jaslu bil-baħar jinżammu immedjatament fi kwarantina għal 14-il jum u jiġu ttestjati. L-immigranti li nstabu li huma pożittivi se jibqgħu jinżammu f’iżolament f’Ħal Far Initial Reception Centre u l-bqija se jibqgħu fi kwarantina u jiġu segwiti.

Ir-riżultati tal-iswab tests pendenti fuq il-bqija tad-9 immigranti se joħorġu aktar tard illejla.

Ekonomija

Sport