65 mara qegħdin jistennew tarbija grazzi għas-servizz tal-IVF. Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne waqt l-intervent tiegħu fil-konferenza ġenerali tal-Partit Laburista. Huwa qal li permezz ta’ emendi importanti fil-liġi tal-IVF illum hemm 480 ħajja ġdida.
Il-Ministru tas-saħħa qal li llum Malta hija xempju tas-servizzi tas-saħħa tant li fil-pandemija pajjiżna ħa l-isem ta’ pajjiż li laqqam lil niesu u salva l-ħajjiet.
Rigward it-tmexxija tal-pajjiż, Fearne qal li minkejja li fl-aħħar ġimgħat il-Partit Laburista ċċelebra għaxar snin fil-gvern, jeħtieġ li kull min jimmilita fih jaħdem bi grinta daqslikieku kull jum huwa l-ewwel jum fil-gvern.