Ħamsa u sittin persuna llum ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed. Dan minkejja li mil-lum persuni jistgħu joqogħdu fi gruppi ta’ erba’ persuni jew aktar f’postijiet pubbliċi.
Il-65 multa tal-lum isegwu lill-aktar minn 200 multa li l-Pulizija u l-Environmental Health Officers taw matul tmiem il-ġimgħa li għadda.
Intant ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fit-305 spezzjonijiet li saru fl-aħħar 24 siegħa.