Saturday, December 21, 2024

659 każ ġdid u jfiqu 329 persuna

Aqra wkoll

Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 659 każ ġdid tal-Covid-19, filwaqt li fiequ 329 persuna oħra.

Dan ifisser li t-total tal-każi attivi f’pajjiżna issa huwa ta’ 5,970.

Fl-aħħar 24 siegħa ma kien hemm l-ebda persuna li mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid.

Aktar kmieni din il-ġimgħa s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li għalkemm l-informazzjoni dwar il-COVID-19 bħalissa mhix qed tinħareġ bħas-soltu fuq il-midja soċjali, id-Dipartiment tas-Saħħa għadu qed jippubblika din l-informazzjoni fuq l-internet. Wieħed jista’ jara dan billi jagħfas hawnhekk.

Ekonomija

Sport