Tuesday, December 24, 2024

68 fil-mija jemmnu li  m’għandu jkun hemm ebda obbligu legali li tittieħed it-tilqima

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mill-istħarriġ li sar mill-Uffiċċju ta’ Dr Joseph Muscat u Sagalytics jirriżuta li 88 fil-mija ta’ dawk li wieġbu l-istħarriġ kienu ħadu t-tlett tilqimiet kontra l-Covid-19, waqt li 97 fil-mija tal-popolazzjoni kienu ħadu iż-żewġ tilqimiet. L-istħarriġ jgħid li dan juri l-maġġoranza kbira tal-Maltin iridu jitlaqqmu kontra dan il-virus.

Jgħid iżda li minkejja r-rata għolja ta’ tilqim u r-rata għolja ta’ protezzjoni li joffri l-istess tilqim, il-maġġoranza kbira tal-Maltin eżattament 68 fil-mija jemmnu li m’għandu jkun hemm obbligu legali biex il-persuni jitlaqqmu. Dan jirriżulta l-aktar fost dawk li għandhom bejn 25 u 34 sena. Fil-fatt 92 fil-mija ta’ dawk li rrispondew l-istħarriġ jemmnu li kulħadd għandu jitħalla fil-libertà biex jagħżel jekk iridx jitlaqqam jew le.

Mill-istħarriġ jirriżulta li dawk li għandhom bejn 25 u 34 sena u dawk li għandhom bejn 16 u 24 sena  għandhom  l-għola rata   ta’ dawk li ma ħadux minn tal-inqas żewġ tilqimiet kontra l-Covid19 b’total ta’ madwar 8 fil-mija.  Dan hu aktar mid-doppju tal-persentaġġ li ma ħadux żewġ tilqimiet għall-bqija tal-popolazzjoni. 

Jonqos l-appoġġ għal tilqim kull sena kontra l-Covid-19

L-istħarriġ jitratta l-kwistjoni dwar tilqim kull sena kontra l-Covid-19.  Hawnhekk, jirriżulta li l-Maltin m’humiex daqstant favur dwar dan.  Dawk li huma lesti li jitlaqqmu kontra l-Covid-19 kull sena hu ta’ madwar 50 fil-mija, waqt li ftit inqas minn terz tal-popolazzjoni Maltija qed tgħid li mhix lesta titlaqqam kull sena kontra l-Covid-19.  Hemm imbagħad 22 fil-mija li mhumiex ċerti  jekk għandhomx jieħdu t-tilqima kull sena.  

Li hemm interessanti f’dan hu li dawn l-ammonti huma fl-istess livell ta’ kif il-Maltin jaħsbuha dwar jekk għandhomx jieħdu it-tilqima tal-influwenza kull sena.  F’rapport li kien ħareġ Vincent Marmara fis-sena 2021, kien intqal li 43 fil-mija tal-popolazzjoni Maltija kienu ħadu it-tilqima kontra l-influwenza.  Ir-riżultat ta’ dawk  bejn 16 u 45 sena  u n-nuqqas ta’ qbil tagħhom li jieħdu t-tilqima kontra l-Covid-19 hu fl-istess livell ta’ kif dawn kienu wieġbu dwar it-tilqima tal-influwenza fi stħarriġ li kien sar fis-sena 2021.

Ekonomija

Sport