Wednesday, April 24, 2024

69 persuna mmultati mill-pulizija; Mini-market f’Tas-Sliema wkoll immultat u ordnat jagħlaq

Aqra wkoll

Sebgħa u sitin persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi kontinwi li l-Pulizija qed tagħmel biex tassigura li ma jkunx hemm ġemgħat t’aktar minn tliet persuni f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern.

Ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fl-455 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa. L-awtoritajiet wettqu aktar minn għoxrin elf spezzjoni mindu bdiet tiġi infurzata l-kwarantina obbligatorja. L-appell jibqa’ dak li kulħadd ikun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li qed jingħataw mill-awtoritajiet.

Intant, fi spezzjonijiet fuq stabbilimenti, mini-market f’Tas-Sliema nstab li kien qed jipprovdi servizzi ta’ catering u take-away bi ksur tal-liġi. L-istabbiliment ġie ordnat jagħlaq u se jiġi mmultat skont il-liġi.

Sport