Friday, January 23, 2026

69 sena ilu kien inkalja l-Banċinu

Aqra wkoll

Kien eżatt bħal-lum 69 sena meta waqt maltempata kbira li kienet laqtet lill-pajjiżna kien inkalja l-Banċinu.

Kien vapur ta’ bejn Malta u Għawdex li nkalja mal-lejl fi 23 ta’ Jannar 1957. Dakinhar il-gżejjer tagħna kienu fil-mira ta’ maltempata oħra kbira. Il-bastiment inqala’ mill-irmiġġ tiegħu fl-Imġarr u nkalja mal-blat. Kien ħasad il-ħajja tal-watchman ta’ fuqu; Gużeppi Xuereb ta’ 63 sena. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport