Monday, December 30, 2024

7 cruise liners biss iżuru lil Malta bejn Lulju u Settembru

Aqra wkoll

Kienu seba’ cruise liners biss li żaru lil Malta bejn Lulju u Settembru. Abbord b’kollox kien hemm 7,000 passiġġier li jfisser tnaqqis ta’ 97% inqas min-numru ta’ passiġġieri li żaru lil Malta matul l-istess xhur tas-sena li għaddiet.

L-istatistiċi ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jkomplu juru l-impatt li l-pandemija tal-Covid-19 kellha fuq is-settur turistiku u b’mod partikolari dak tal-cruise liners.

L-NSO indikat li fit-tielet kwart ta’ din is-sena żaru lil Malta 7,018 passiġġier. Fl-istess waqt matul it-tielet kwart tas-sena li għaddiet kienu żaru lil Malta 257,178 passiġġier.

Il-biċċa l-kbira tal-passiġġieri abbord is-seba’ cruise liners kienu ta’ nazzjonalità Taljana (78.9%), filwaqt li 9.3% kienu ta’ nazzjonalità Franċiża.

Intant bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena b’kollox kienu 16-il cruise liner li żaru pajjiżna, b’medja ta’ 2,950 passiġġier abbord. Matul l-istess perjodu tas-sena li għaddiet kienu żaru Malta total ta’ 273 cruise liner b’medja ta’ 2,194 passiġġier abbord.

Ekonomija

Sport