Thursday, July 31, 2025

7 karozzi jieħdu n-nar f’Wied il-Għajn

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tal-11.30pm tal-bieraħ filgħaxija meta l-Pulizija ġew informati li fi Triq il-Maħsel f’Wied il-Għajn kien hemm xi karozzi jieħdu n-nar.

Irriżulta li b’kollox kien hemm seba’ karozzi li spiċċaw inħakmu minn nirien.

Fuq il-post issejħu l-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien. B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’dan l-każ.

Dwar dak li seħħ infetħet inkjesta mexxija mill-Maġistrat Dr Joe Mifsud.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport