Thursday, November 20, 2025

7 snin ilu kien miet it-Tabib Vincent Moran

Aqra wkoll

Bħal-lum seba’ snin, 20 ta’ Novembru 2018 ilu kien miet it-Tabib Vincent Moran fl-età ta’ 86 sena.

It-Tabib Moran kien Ministru tas-Saħħa fil-Gvernijiet Laburisti tas-snin sebgħin u tmenin. Wettaq riformi li komplew isaħħu dak li l-Gvern ta’ Pawlu Boffa u Dom Mintoff bdew fis-settur tas-saħħa. Il-professjoni ta’ tabib u l-irwol tiegħu fil-politika kienu mezzi kif Moran kien jara li jagħmel il-ġid fost is-soċjetà.

Moran kien membru fi ħdan il-Partit Laburista sa mill-1948. Huwa ġie elett għall-ewwel darba fil-Parlament l-1962 u mill-1976 sal-1987 Moran ħadem bħala Ministru tas-Saħħa u tal-Ambjent.

Fi kliem l-eks Segretarju privat tiegħu, Anthony Debono, Moran kien “bniedem leali, sinċier, ħabrieki li xejn ma jaqtalu qalbu anke fl-iktar mumenti ta’ kriżi. Huwa kien tabib tal-poplu li qatt ma għamel għażla biex jagħti s-servizzi professjonali u politiċi tiegħu. Inħoss li kemm ilni ħaj l-aħjar żmien ta’ ħajti kienu l-ħames snin li jien għamilt bħala s-segretarju privat tiegħu.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport