Tuesday, December 24, 2024

70 impjegat tad-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi temmew b’suċċess taħriġ speċjalizzat fuq is-sigurtà waqt il-qadi ta’ dmirijiethom

Aqra wkoll

Sebgħin ħaddiem li pparteċipaw b’suċċess f’taħriġ organizzat mill-Occupational Health & Safety Unit fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, illum ġew ippreżentati ċ-ċertifikati miksuba fil-korsijiet tal-Ewwel Għajnuna, kif ukoll f’kors speċjalizzat fuq kif tħaddem b’mod sigur Mobile Elevated Work Platform.

L-Occupational Health & Safety Unit kontinwament kommess li jsaħħaħ l-għarfien tal-ħaddiema kollha fi ħdan id-Dipartiment sabiex jassigura li s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema nfushom kif ukoll ta’ dawk ta’ madwarhom tkun protetta. Għaldaqstant dawn iż-żewġ korsijiet huma parti minn sensiela ta’ korsijiet oħra speċjalizzati fuq is-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

F’diskors tal-okkażjoni, is-Segretarju Parlamentari Omar Farrugia saħaq dwar l-importanza tal-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fit-taħriġ li jsir b’mod regolari mid-Dipartiment. Sostna li l-investiment ma għandux jieqaf biss mal-makkinarju imma s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għandha tkun prijorità. 

“Sodisfatt immens li nara li d-Dipartiment ikun proattiv sabiex  il-ħaddiema tagħna jingħataw l-opportunitajiet kollha biex jaħdmu b’mod sigur u f’ambjent sigur. Għaldaqstant inħares ’il quddiem sabiex inkomplu nsaħħu dan il-unit u nassiguraw li nikkreaw aħna stess l-opportunitajiet biex il-ħaddiema tagħna jtejbu l-ħiliet tagħhom,” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Farrugia.

Tkellem ukoll Marfred Bugeja, Principal Health and Safety Officer fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, li ħabbar li aktar tard din is-sena se jsiru korsijiet fl-użu ta’ makkinarju msejjaħ heavy plant li jinkludi: gafef, excavators u dumpers fost l-oħrajn, kif ukoll spjega li hemm il-ħsieb ukoll li jiġu organizzati korsijiet dwar tifi ta’ nar u  fire wardens.

Ekonomija

Sport