Friday, February 20, 2026

70 persuna arrestati f’operazzjoni ta’ infurzar

Aqra wkoll

Fl-aħħar jiem il-Pulizija kompliet bil-ħidma kontra għixien u xogħol irregolari fil-pajjiż. F’operazzjonijiet differenti madwar Malta ġew arrestati 70 persuna li nstabu fil-pajjiż b’mod irregolari f’ċirkostanzi li juru li kienu qegħdin fil-pajjiż għal skopijet ta’ xogħol mingħajr il- permessi u liċenzji neċessarji. Dan bi ksur tal-Att dwar l-Immigrazzjoni.

Dawn l-ispezzjonijiet saru fuq it-trasport pubbliku, fuq vetturi li jġorru l-passiġġieri u siti ta’ kostruzzjoni. Dawn in-nies kienu ġejjin mis-Sirja, min-Niġerja, min-Nepal, mill-Kosta tal- Avorju, mill-Għana, mill-Mali, mill-Gambja, min-Niġer, mill-Yemen, mill-Ġordan, mill-Pakistan u mill-Indja. Dawn il-persuni kollha qed jinżammu f’ċentru ta’ detenzjoni sakemm issir il-ħidma biex jitneħħew mill-pajjiż.

Din il-ħidma saret b’koordinament ma’ JobsPlus u Identità. Jassistu lill-Pulizija f’din il-ħidma kien hemm ukoll uffiċjali mill-Aġenzija għas-Servizzi ta’ Detenzjoni.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport