Saturday, December 21, 2024

70% tal-Maltin jużaw il-midja soċjali għall-aħbarijiet

Aqra wkoll

Il-midja soċjali saret ferm aktar popolari fl-aħħar snin. Tant li l-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru sab li 70% tal-Maltin jużaw il-midja soċjali bħala l-mezz ewlieni tagħhom għall-aħbarijiet. Dan kien jindika żieda ta’ 15% meta mqabbel mas-sena li għaddiet.

Kien hemm ukoll 49% li wieġbu li fl-aħħar sebat ijiem kienu segwew l-aħbarijiet permezz ta’ pjattaformi online jew minn fuq it-televiżjoni, 21% minn fuq ir-radju u 11% minn fuq il-gazzetti stampati. 

Il-Facebook kien l-aktar mezz ta’ midja soċjali popolari mal-Maltin għall-aħbarijiet segwit minn Whatsapp, Youtube u Instagram.

Mistoqsa x’jippreferu jaqraw bħala stejjer, il-Maltin wieġbu li huma interessati l-aktar fil-kronaka u aħbarijiet dwar kriminalità, inċidenti, hobbies u lifestyle. Sadanittant, huma qalu li kienu inqas interessati minn artikli dwar il-politika, il-finanzi u x-xjenza.

Ekonomija

Sport