Tuesday, December 24, 2024

71,986 passiġġier waslu Malta bil-cruise liner fl-ewwel kwart tas-sena

Aqra wkoll

It-total ta’ passiġġieri li waslu Malta bil-cruiseliner fl-ewwel kwart ta’ din is-sena kienu jammontaw għal 71,986.

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li f’dan il-perjodu daħlu f’pajjiżna 21 cruise liner, li jfisser tnaqqis ta’ żewġ cruise liners meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena ta’ qabel. Bħala medja, kull bastiment li sorġa f’Malta ġarr 3,428 passiġġier.

Il-passiġġieri mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kienu jammontaw għal 72.6% tat-total ta’ traffiku tal-passiġġieri. Is-swieq ewlenin kienu l-Italja (24.1%) segwita mill-Ġermanja (18.4%). 

L-istatistika turi wkoll kif l-għadd ta’ passiġġieri ġejjin minn pajjiżi mhux tal-UE kienu jammotaw għal 19,744, li minnhom 32.1% kienu ġejjin mir-Renju Unit u 13.9% ġew mill-Istati Uniti.

Fuq bażi ta’ ġeneru, il-passiġġieri nisa kienu jammontaw għal 53.2%. L-akbar ammont ta’ passiġġieri kellhom bejn l-40 u d-59 sena segwiti minn dawk li għandhom bejn is-60  u d-79 sena.

Ekonomija

Sport