Monday, December 23, 2024

7,469 iżuru l-klinika li tittratta mard sesswali

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

In-numru ta’ persuni li fl-aħħar erba’ snin żaru l-GU Clinic, il-klinika fl-Isptar Mater Dei li tittratta mard trasmess sesswalment, dejjem żdied. Kien id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne li ħabbar dan fil-Parlament għal mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg. Huwa spjega kif fl-2015 kien hemm 4,504 persuna li żaru l-GU Clinic li telgħu għal 6,022 fl-2016; 6,277 fl-2017; 7,218 fl-2018 u 7,469 fl-2019.

L-ammont ta’ irġiel li fittxew għajnuna f’din il-klinika kien ta’ 1,615 fl-2015; 2,044 fl-2016; 3,826 fl-2017; 4,058 fl-2018 u 4,227 fl-2019. In-numru ta’ persuni eterosesswali li żaru l-klinika kien ta’ 2,248 fl-2015; 2,628 fl-2016; 4,327 fl-2017; 4,449 fl-2018 u 4,472 fl-2019.

Fearne għamilha ċara li persuna tista’ tattendi l-GU Clinic għal aktar minn darba kif fil-fatt jiġri. Sadanittant, mistoqsi mill-istess deputata liema mard trasmess sesswalment kien l-aktar komuni, huwa spjega kif fl-2015 u fl-2016 kienet il-Chlamydia b’154 każ u 270 każ rispettivament waqt li bejn l-2017 u l-2019 kieent l-HPV bi 842 każ fl-2017, 937 fl-2018 u 798 fl-2019.

Mistoqsi wkoll minn Buttigieg liema mard ġie trasmess waqt żjara f’massage parlours’, Fearne qal li l-GU Clinic iżżomm informazzjoni relatata mat-tip ta’ kuntatt sesswali li kellu l-pazjent u mhux fejn sar il-kuntatt.

Ekonomija

Sport