Thursday, November 14, 2024

747 każ ġdid ta’ Covid-19 u jfiqu 279; imutu żewġt irġiel

Aqra wkoll

Fl-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li l-każi attivi bħalissa huma ta’ 12,688.

Dan hekk kif mit-testijiet li saru matul l-aħħar 24 siegħa feġġew 747 każ ġdid filwaqt li 279 oħra ġew dikjarati bħala mfejqa mill-virus. 

Fl-istess waqt l-ammont ta’ pazjenti li bħalissa jinsabu l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba l-Covid-19 huma 110, b’sebgħa minnhom li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

L-ammont ta’ mwiet issa huwa ta’ 479 wara li fl-aħħar 24 siegħa miet raġel ta’ 52 sena u ieħor ta’ 78 sena waqt li kienu pożittivi bil-virus.

Il-programm ta’ vaċċinazzjoni baqa’ għaddej b’mod tajjeb hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ b’kollox ingħataw 1,073,046 doża tal-vaċċin. Minn dawn hemm 224,922 li huma dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport