F’ħidma koordinata, fl-aħħar jiem il-Pulizija arrestat 76 persuna wara li nstabu jgħixu u/jew jaħdmu fil-pajjiż b’mod irregolari. Dawn l-ispezzjonijiet saru fuq diversi karozzi tal-linja f’Malta u Għawdex, kif ukoll fuq vetturi privati u tax-xogħol.
Dawn il-persuni li huma mis-Sirja, min-Niġerja, mill-Gambja, mill-Ghana, mill-Etjopja, millKosta tal-Avorju, mill-Mali, mill-Messiku, mill-Brażil, mill-Kolombja, mill-Indoneżja u mis-Serbja.
Huma qed jinżammu f’ċentru ta’ detenzjoni sakemm jiġu ripatrijati. F’dawn l-ispezzjonijiet, il-Pulizja kienet assistita minn uffiċjali mill-Aġenzija għas-Servizzi ta’ Detenzjoni, kif ukoll minn Transport Malta, Jobs Plus u Identità.
Il-Korp tal-Pulizija se jkun qed jissokta b’din il-ħidma intensiva fil-jiem u ġimgħat li ġejjin.

