Thursday, December 26, 2024

760 każ ġdid ta’ Covid u jfiqu 303

Aqra wkoll

Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 760 każi ġodda tal-Covid-19, filwaqt li fiequ 303 persuna oħra.

Dan ifisser li t-total tal-każi attivi f’pajjiżna issa huwa ta’ 5,640.

Fl-aħħar 24 siegħa ma kien hemm l-ebda persuna li mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid.

Ilbieraħ is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li s-sottovarjant BA.2 issa jammonta għal 86% tal-każijiet madwar il-pajjiż kollu.

Prof. Gauci qalet li n-numru ta’ każijiet kien mistenni li jiżdied fosthom minħabba l-fatt li r-restrizzjonijiet ġew rilaxxati, kien hemm żieda fil-mobbiltà tan-nies u minħabba żieda fil-preżenża tas-sottovarjant. 

Hija qalet li filwaqt li l-informazzjoni dwar il-COVID-19 bħalissa mhix qed tinħareġ bħas-soltu fuq il-midja soċjali, id-Dipartiment tas-Saħħa għadu qed jippubblika din l-informazzjoni fuq l-internet. Wieħed jista’ jara dan billi jagħfas hawnhekk.

Ekonomija

Sport