Monday, December 23, 2024

78.1% tat-talbiet għal benefiċċji diġà nħadmu… 80 telefonata kuljum minn persuni li jgħaddu minn solitudni

Aqra wkoll

It-talbiet issa telgħu għal 7,200 u t-talbiet maħduma huma 5,637

F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru Michael Falzon u s-Segretarju Permanenti Mark Musu taw rendikont dwar kif qed jevolvu l-benefiċċji soċjali li qed jitħallsu minħabba l-Covid 19. Sat-8 ta’ April kien hemm 5996 talba u kienu nħadmu 51.7% tat-talba.  L-ispiża dakinhar kienet qabżet il-miljun ewro.

Ilbieraħ sar it-tielet proċess fejn baqgħu jidħlu applikazzjonijiet ġodda. It-talbiet issa telgħu għal 7200 u t-talbiet maħduma huma 5,637. 78.1% minn dawn it-talbiet ġew maħduma u l-ispiża totali sa issa hija dik ta’ €2,618,012.

Qed jiżdiedu b’mod konsiderevoli l-kuntatti li qed isiru minn nies mad-Dipartimenti. F’Marzu rċevew 17,000 email mingħand persuni differenti fejn ftit aktar minn 1000 minnhom kienu jiġu minn Servizz.Gov pero mbagħad id-Dipartiment fuq l-email tiegħu ircieva 15,923. Dawn l-emails ma jkunux biss fuq l-aspetti tal-Covid-19 imma anke fuq benefiċċji oħrajn. Sat-12 t’April kien hemm 15,401 emails oħra. Saru ukoll 6,374 telefonata fuq il-helpline 25903000 fl-ewwel 10 ijiem ta’ xogħol.

Il-Ministru Falzon irringrazzja lill-ħaddiema kollha u qal li wieħed m’għandux iħares biss lejn l-aspett finanzjarju. Huwa qal li huwa fatt li l-imxija ħalliet ħafna effetti mhux biss ekonomiċi u li wieħed jawgura li din il-maltempata ma ddumx. Huwa aċċenna għall-fatt li aktar mill-aspett finanzjarju ħadu diversi inizajttivi oħra li ma jissarfux fi flus imma sostenn mod ieħor. Huwa aċċenna għas-servizz tal-helpline li huwa ddedikat għal dawk li jgħaddu minn solitudni fejn ikun hemm madwar 80 telefonata kuljum ta’ persuni li jużaw din il-linja.

Hemm ukoll l-inizjattiva li bdiet ilbieraħ fejn il-Gvern beda eżerċizzju li jwassal l-ikel lill-persuni fi bżonn li jaqgħu fl-iskema. Minn dawk l-20,000 li huma intitolati, sal-lejla se jkunu qed jitqassmu madwar 1,550 kaxxa.

Ekonomija

Sport