Friday, November 15, 2024

79% tal-persuni li rrikorrew għas-servizzi offruti lill-vittmi tal-vjolenza domestika fl-2021 kienu nisa

Aqra wkoll

Is-servizzi komprensivi li huma offruti f’pajjiżna lill-vittmi ta’ vjolenza domestika jidher li qed ikunu ta’ solliev u għajnuna għall-istess vittmi tant li statistika riċenti turi li fl-2021, il-każi rappurtati lill-entitajiet li jaħdmu f’dan il-qasam żdiedu bi 13% fuq is-sena ta’ qabel.

Iċ-ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika – l-NSO – juru li fis-sena 2021, kien hemm 3,295 persuna li għamlu użu mis-servizzi differenti disponibbli għal dawk li esperjenzaw xi forma ta’ vjolenza domestika.

L-istess ċifri tal-NSO juru wkoll li fl-2021, 79% tal-persuni mġarrbin mill-vjolenza domestika li użaw minn dawn is-servizzi kienu nisa.

Minbarra dan, id-data provduta għall-2021 tkopri wkoll is-servizzi mmirati lejn dawk li wettqu vjolenza domestika. Dawn jinkludu l-programm ’STOP’ mill-Aġenzija Appoġġ u servizzi provduti mid-dipartiment tal-Probation u l-Parole.

Fit-12-il xahar tal-2021 total ta’ 171 individwu użaw servizz wieħed jew aktar minn dawk immirati lejn l-agressuri. Minnhom, 162 kienu irġiel u disgħa kienu nisa.

Ekonomija

Sport