L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa feġġew 80 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 88 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. It-total ta’ każi attivi bħalissa huma 725.
Fl-Isptar Mater Dei hemm 45 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-Covid-19, bi tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Fl-aħħar 24 siegħa ma kien hemm l-ebda mewt reġistrata. B’hekk it-total ta’ mwiet relatati mal-pandemija baqgħu 601.
Sal-Ħamis filgħaxija kienu ngħataw 1,240,316 dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 342,014 kienu dożi tal-booster.