Ritratt – SOĊJETÁ FILARMONIKA SANTA MARIJA MOSTA
Ir-Rotunda u Bażilika ta’ Mosta hija ktieb ta’ memorji li jmur lura għexieren ta’ snin. Memorji li ma sawwrux biss lil-lokalitá tal-Mosta u lill-Mostin, iżda wkoll lil pajjiżna.
Proprju bħal-lum 80 sena, seħħ dak li aħna nafuh bħala l-miraklu tal-bomba. Waqt attakk mill-ajru fl-inħawi tal-Mosta, waqgħet bomba li nifdet il-koppla maestuża. Mirakulużament, il-bomba ma ħaditx u filwaqt li ma kienx meqrud it-tempju kienu salvati l-ħajjiet tan-nies.
Ċertament dan l-episodju jibqa’ ttimbrat fil-memorja ta’ kull Mosti u Malti.