Tuesday, November 26, 2024

800 manuskritt li jmorru lura għall-1786 jingħataw lura lill-Arkivji Nazzjonali

Aqra wkoll

Madwar 800 manuskritt, li jmorru lura għall-1786 sal-aħħar tas-Seklu 19 u li jkopru x-xogħlijiet ta’ 16-il perit, in­għataw lill-Arkivji Nazzjona­li.

Il-Perit André Zammit kien skopra din il-kollezzjoni f’dar antika tal-familja f’Ħal Lija fis-sena 1990. André Zammit twieled fl-1930 f’Għawdex u miet fl-14 ta’ Mejju 2020.

Il-Perit André Zammit, imwieled fl-1930 f’Għawdex, esperjenza s-snin tal-gwerra fir-Rabat, fejn irċieva l-edu­kazzjoni sekondarja tiegħu fis-Seminarju, u ttrasferixxa għall-Kulleġġ San Alwiġi f’Birkirkara fl-1943. Huwa għamel l-eżamijiet tal-matrikola u daħal fl-Università Rjali ta’ Malta biex isegwi l-kors ta’ Perit u Inġinier Ċivili. Kien l-iżgħar fost l-istudenti sħabu, iggradwa fl-1952 u mbagħad rebaħ borża ta’ studju tal-Gvern biiex ikompli jistudja f’Londra fil-bini tat-toroq. Segwa aktar speċjalizzazzjoni f’Milan.

Meta rritorna Malta, in­għaqad mad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u kien jaħdem fis-sezzjoni tat-toroq. Kien responsabbli mid-disinn u l-eżekuzzjoni tal-ewwel proġett ta’ flyover fil-Bla­ta l-Bajda lejn l-aħħar tas-snin 50 u diversi proġetti kbar oħra ta’ kostruzzjoni ta’ toroq. André pparteċipa wkoll fl-Università Rjali ta’ Malta u kien chairman tal-Bord tal-Permessi taż-Żona tal-Ippjanar.

Huwa awtur ta’ għadd ta’ kotba li jibdew bil-memorji tiegħu u mbagħad l-istorja tal-periti tal-familja tiegħu u bijografija tal-Prim Imħallef Sir Luigi Camilleri.

Dawn il-manuskritti jkopru l-karrieri kollha tal-periti Michele Cachia (1760-1839), Francesco (1755-1820) u Giovanni Sammut (1784 – 1841), u Giuseppe (1812 – 1859) u Francesco Zammit (1844 – 1917) kif ukoll xogħli­ jiet ta’ Saverio (1740 – 1799), Pietro (1774 – 1803), Salvatore (1777 – 1830), Giuseppe (1741 – 1841) u Gaetano Xerri (1783 – 1853), Pasquale (1738 – 1817) u Vincenzo Sammut (1782) 1850), Paolo (1792 – data mhix magħrufa) u Alfred Zammit (1892 – 1970). Il-kollezzjoni tinkludi abbozzi u noti ta’ djar jew għelieqi għall-kalko­ lu u valutazzjoni jew diviżor­ ju mitluba mis-sidien, werrieta jew il-Qrati, noti tal-kors ta’ Agrimensore u kotba sko­ astiċi.

Din il-ġabra tirrifletti wkoll il-kuntest politiku usa’, bħal pereżempju l- għabex tal-qagħda tal-Ordni ta’ San Ġwann f’Malta u r-revoluzzjoni kontra l-Franċiżi fl-1798, fejn Michele Cachia kellu rwol ewlieni u stabbilit fl-amministrazzjoni Ingliża.

L-Arkivista Nazzjonali Dr Charles Farrugia kkummenta ma’ Talk.mt li s-Sinjura Victoria Zammit, armla tal-Perit André Zammit, għad- donazzjoni tagħha tal-kollezzjoni, li b’donazzjonijiet bħal dawk tal-familja Zam­mit, l-istat se jkun jista’ joffri materjali li jixħtu dawl fuq ċertu tip ta’ arkitettura u l-ħidma ta’ diversi periti Maltin. Dr Farrugia qal ukoll kif għotja bħal din hi ta’ im­ portanza kbira għaliex per­mezz ta’ din l-għotja se nkom­plu nżommu l-istorja bħala parti integrali minn ħajjet pajjiżna u se nkomplu ntuha l-importanza mistħoqqa.

“Iddeċidejna li nlaqqgħu din d-donazzjoni ma’ ċeri­ monja fejn qed ninawguraw l-aħħar minn serje ta’ tliet wirjiet mill-European Digital Treasures. It-tema tal-wirja li hi t-teknoloġija tidħol sew mal-għotja ta’ manuskritti mill-familja Zammit,” qal Dr Farrugia.

Din il-wirja qed tittella’ bħala parti mill-proġett Euro­ pean Digital Treasures, proġett kofinanzjat mill-prog- ramm Creative Europe tal- Unjoni Ewropea. Il-proġett jiġbor fih consortium ta’ ħames arkivji nazzjonali (Mal­ta, Spanja, il-Portugall, l-Un­gerija, in-Norveġja), ICARUS (International Centre for Ar­chival Research, Awstrija) u l-Munster University of Te­chonology (l-Irlanda).

Sport