Sunday, November 24, 2024

82 fil-mija tal-familji jemmnu li qegħdin f’sitwazzjoni finanzjarja tajba

Aqra wkoll

… 10 fil-mija aktar mill-medja tal-Unjoni  Ewropea; imħassbin l-aktar mill-għoli tal-ħajja u l-bidla fil-klima

Mill-aħħar  stħarriġ  tal-Ewrobarometru li sar bejn it-18 ta’ Jannar u t-8 ta’ Frar u li fih ġew intervistati 500 persuna Maltin, irriżulta li 82 fil-mija tal-Maltin iħossu li finanzjarjament qegħdin tajjeb. Hemm imbagħad 17 fil-mija li jħossu li qegħdin ħażin u 1 fil-mija ma jafux. 

Dan ifisser li meta tqabbel ir-riżultat ta’ Malta ma’ dak tal-medja tal-Unjoni Ewropea issib li dawn li jħossu li finanzjarjament qegħdin tajjdb f’Malta huma 10 fil-mija aktar mill-medja Ewropea, fejn hemmhekk humz 72 fil-mija li jħossu li qegħdin tajjeb finanzjarjament.

Anki fejn jidħol il-qasam tax-xogħol, issib li f’Malta hawn 70 fil-mija li jħossu li s-sitwazzjoni tal-impjieg tagħhom hi tajba, 15 fil-mija iħossu li hi ħażina u 15 fil-mija oħra ma jafux.  Il-medja tal-Unjoni Ewropea hi ta’ 60 fil-mija li jħossu li s-sitwazzjoni tal-impjieg hi waħda tajba. 

Dwar l-ekonomija,  hemm 60 fil-mija tal-Maltin li jħossu li l-ekonomija qiegħeda fi stat tajjeb, waqt li 37 fil-mija jemmnu li qiegħda fi stat ħażin. Meta tqabbilha mal-medja Ewropea issib li hemm differenza kbira u dan għax il-medja tal-Unjoni Ewropea hi li 39 fil-mija biss jemmnu li l-ekonomija qiegħda fi stat tajjeb.

Sport