Saturday, November 23, 2024

Parteċipazzjoni b’suċċess fit-tlielaq tal-Off-Road

Aqra wkoll

Is-sewwieq tat-tlielaq Off-Road u membru tal-All-Wheel Drive Club Neville Ciantar u ibnu Lee Ciantar bħalissa qed jirritornaw mill-Portugall wara li kkompetew fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-avveniment tal-Off-Road King of Portugall li sar bejn il-15 u s-17 ta’ Ottubru. .

Nhar il-Ġimgħa, Neville u Lee, ta‘ Nusu Offroad Team Malta kklassifikaw fl-14 il post minn 28 tim. Is-Sibt filgħodu, kellhom jagħmlu erba’ korsiji ta’ 44km il waħda, fejn irnexxielom javvanzaw mill-14 għal 5 post. Is-Sibt filgħaxija, temmew żewġ korsiji oħra, u għal darnoħra avvanzaw għat-tielet post. Il-Ħadd kienet jonqos tliet korsiji ta’ 26km li fihom Neville u Lee għamlu l-aħħar sforz u kisbu it-2 post.

L-avveniment King of Portugal, f’Vimioso fil-Portugall huwa l-mekka tas-sewwieqa offroad Ewropej kollha, u hawn fejn jiġu l-aqwa sewwieqa internazzjonali biex jiksbu glorja u rebħ.

Sport