Sunday, October 27, 2024

832 każ ġdid… Imut anzjan ta’ 88 sena

Aqra wkoll

Fl-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li l-każi attivi bħalissa huma ta’ 6,519.

Dan hekk kif mit-testijiet li saru matul l-aħħar 24 siegħa feġġew 832 każ ġdid filwaqt li 78 oħra ġew dikjarati bħala mfejqa mill-virus. 

Fl-istess waqt l-ammont ta’ pazjenti li bħalissa jinsabu l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba l-Covid-19 huma 83, b’ħamsa minnhom li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

L-ammont ta’ mwiet żdied għal 476 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa miet anzjan ta’ 88 sena waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.

Il-programm ta’ vaċċinazzjoni baqa’ għaddej b’mod tajjeb hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ b’kollox ingħataw 1,033,533 doża tal-vaċċin. Minn dawn hemm 190,162 li huma dożi tal-booster.

Sport