Saturday, December 21, 2024

8,466 vettura ggaraxxjati fl-ewwel ħames xhur tas-sena

Aqra wkoll

Bejn Jannar u Mejju ta’ din is-sena l-ammont ta’ vetturi li ġew garaged jammontaw għal 8,466 vettura. Qal dan il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Chris Said.

Il-Ministru Borg qal li l-ammont ta’ vetturi li ġew garaged f’Jannar kien jammonta għal 1,003, fi Frar ġew garaged 897 vettura, f’Marzu 2,305, f’April 2,822 u f’Mejju 1,439 vettura.

Huwa żied jgħid li hija fażi normali li matul is-sena sidien tal-vetturi jiggaraxxjaw il-vettura tagħhom speċjalment fix-xhur li ma jkunux ser jużaw il-vettura u dan sabiex jiffrankaw l-ħlas ta’ liċenzja ta’ triq kif ukoll l-ħlas tal-assikurazzjoni kif fil-fatt ġara dawn l-aħħar xhur minħabba l-pandemija COVID-19 u għaldaqstant ma jistax jiġi kwantifikat jekk kienx hemm telf ta’ liċenzji.

Ekonomija

Sport