Sunday, December 22, 2024

85 fil-mija f’Malta iridu miżuri aktar stretti mill-Gvern biex tinbidel il-mentalità tan-nies

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Stħarriġ li sar milll-European Investment Bank dwar il-bidla fil-klima u kif qed jaħsbuha ċ-ċittadini Ewropej jirriżulta li medja ta’ 70 fil-mija taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea huma favur li l-gvernijiet Ewropej jagħmlu aktar miżuri stretti biex tinbidel il-mentalita taċ-ċittadini. Malta u l-Portugall kellhom l-ogħla persentaġġ ta’ nies li huma favur li jkunu imposti miżuri biex tinbidel il-mentalità tan-nies fuq materji li jaffettwaw il-bidla fil-klima. Filfatt Malta u l-Portugal ġabu persentaġġ ta’ 85 fil-mija.

Jekk nieħdu Spanja naraw li kien hemm 81 fil-mija li qalu li huma favur miżuri aktar stretti biex tinbidel il-mentalità, fi Franza 73 fil-mija, fl-Italja 81 fil-mija, fl-Awstrija 64 fil-mija, fl-Olanda 61 fil-mija, Belġju 70 fil-mija, il-Ġermanja 63 fil-mija, il-Polonja 64 fil-mija, il-Greċja 60 fil-mija, Kroazja 64 fil-mija, ir-Rumanija 63 fil-mija, il-Bulgarija 67 fil-mija, waqt li d-Danimarka hemm 62 fil-mija tan-nies li jridu miżuri aktar stretti. Jekk nieħdu l-Iżvezja u l-Finlanda naraw li dawn ġabu persentaġġ ta’ 76 u 70 fi-mija rispettivament.

Minn dan l-istudju jirriżulta li 87 fil-mija ta’ dawk li wieġbu l-istħarriġ qalu li huma favur li t-titjiriet lejn destinazzjonijiet il-bogħod jinbidlu ma’ vjaġġi bil-ferroviji.   Kien hemm 69 fil-mija li qed  jappoġġjaw taxxi li jsiru fuq prodotti li jikkawżaw it-tniġġis.

Dan l-istħarriġ kien pubblikat proprju ftit jiem qabe tibda il-konferenza COP 26, li se tiddiskuti t-tibdil fil-klima u l-miri li kienu ġew stabbiliti għas-sena 2030.

Jirriżulta ukoll li 81 fil-mija taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea jemmnu li l-akbar sfida li se tkun qed tiffaċċja l-umanità fis-snin li ġejjin se tkun dik tal-bidla fil-klima.

Ekonomija

Sport