Saturday, December 21, 2024

85 każ ġdid filwaqt li jirkupraw 64 persuna

Aqra wkoll

Minn 1,995 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien hemm 85 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 64 persuna li rkupraw minn virus. Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi jitilgħu għal 1,587.

Filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi rapportati lbieraħ jirriżulta li kien hemm 18-il persuna li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ persuni oħrajn li kienu diġà pożittivi, disa’ każi ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, erba’ każi ta’ persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ persuni oħrajn pożittivi għall-virus, u tliet każi li rriżultaw minn attivitajiet soċjali.

Ekonomija

Sport