L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li bejn it-Tnejn u t-Tlieta feġġew 86 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 64 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. It-total ta’ każi attivi bħalissa huma 714.
Fl-Isptar Mater Dei hemm 38 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-Covid-19, bi tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Bejn it-Tnejn u t-Tlieta ma kien hemm l-ebda mewt reġistrata. B’hekk it-total ta’ mwiet relatati mal-pandemija baqgħu ta’ 605.
Sat-Tnejn filgħaxija kienu ngħataw 1,242,888 dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 343,111 kienu dożi tal-booster.