Friday, July 4, 2025

89,841 mara Maltija f’impjieg fl-2025

Aqra wkoll

F’Jannar ta’ din is-sena kien hemm 89,841 mara b’ċittadinanza Maltija li kienu f’impjieg f’Jannar ta’ din is-sena.

Kien il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri li fil-Parlament ħabbar dan l-ammont waqt li kien qiegħed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said.

Il-Ministru qal li jinsab infurmat li skont informazzjoni ta’ Jobsplus, in-numru ta’ nisa ta’ ċittadinanza Maltija li kienu f’impjieg fl-aħħar ta’ Diċembru 2013 kien ta’ 66,414, filwaqt li fl-aħħar ta’ Jannar 2025 in-numru ta’ nisa fl-impjieg kien ta’ 89,841.

L-aħħar ċifri tal-impjieg ippubblikati huma ta’ Jannar 2025.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport