L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li t-Tnejn li għadda feġġew 90 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 91 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. It-total ta’ każi attivi bħalissa huma 763.
Fl-Isptar Mater Dei hemm 50 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-Covid-19, bi tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Bejn it-Tnejn u t-Tlieta mietet mara ta’ 46 sena waqt li kienet pożittiva għall-Coronavirus. B’hekk it-total ta’ mwiet relatati mal-pandemija telgħu għal 599.
Sat-Tnejn filgħaxija kienu ngħaaw 1,238,187 dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 341,054 kienu dożi tal-booster.