Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili tfew għal kollox in-nirien li ħakmu fabbrika f’Ħal Far li tirriċikla l-plastik. Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qalu li biex intefgħu n-nirien fl-operazzjoni kien hemm 80 pumpier u 10 uffiċjali ħadmu 16-il siegħa bla waqfien u għamlu użu minn 900,000 litru ta’ ilma biex tfew in-nirien.
In-nar żviluppa għall-ħabta tat-8pm fil-fabbrika C&V Polymers, impjant privat li jirriċikla l-plastik.
Sakemm intfew id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili appella lin-nies biex jevitaw iż-żona minħabba tħassib dwar is-sigurtà.