Sunday, December 22, 2024

93% tal-Maltin ħadu tal-inqas żewġ tilqimiet kontra l-Covid-19

Studju li sar mill-istatistiku Dr Vincent Marmara

Aqra wkoll

Kważi l-poplu Malti kollu, 93%, ħadu mill-inqas żewġ tilqimiet tal-vaċċin kontra l-Covid-19. Minkejja dan iżda, il-popolazzjoni Maltija illum hija ferm inqas favur li vaċċin jibqa’ jingħata perjodikament. Dan jista’ jkun dovut għall-fatt li l-inċidenza tal-infezzjonijiet u l-imwiet bil-Covid naqset drastikament.

Dan jirriżulta minn stħarriġ tal-opinjoni pubblika li sar f’Settembru li għadda minn Dr Vincent Marmara u li analiżi ekonomika dwaru saret mill-uffiċċju ta’ Dr. Joseph Muscat. Dan bil-għan li jkun aġġornat l-istħarriġ li sar fi Frar 2022.

Minn dan l-istħarriġ jirriżulta wkoll li fuq kollox, il-maġġoranza kbira tal-Maltin huma sodisfatti ħafna għall-mod kif l-awtoritajiet tas-saħħa indirizzaw il-pandemija, madankollu ż-żgħażagħ u l-biċċa l-kbira ta’ dawk li wieġbu għall-istħarriġ urew li huma kontra li jiġu imposti xi restrizzjonijiet partikolarment il-kwarantina.

Dwar il-konsum u l-preferenzi tal-Maltin l-istħarriġ sab illi meta mqabbel ma’ Frar li għadda ix-xejra tal-konsum inbidlet pożittivament anki jekk il-livell ta’ konsum mill-poplun għadu ma laħaqx il-livelli ta’ qabel il-pandemija.

Fatt ieħor li rriżulta kien dak li x-xiri online żdied ħafna waqt il-pandemija u jindika li dan it-tip ta’ xiri li se jibqa’ jsir tant li l-propensita għax-xiri permezz tal-internet żdiedet ferm u fil-kategoriji kollha.

Fattur ieħor aniliżżat kien it-trasport pubbliku fejn l-istħarriġ wera li l-Maltin ftit għandhom il-ħeġġa jew ir-rieda li jagħmlu użu mit-trasport pubbliku. Sorprendenti kien il-fatt illi minkejja li t-trasport pubbliku huwa bla ħlas, ftit li xejn dan se jwassal biex in-nies jaqilbu mill-użu ta’ karozzi privati għal dak ta’ trasport poubbliku.

Dwar l-inflazzjoni, l-istħarriġ indika li l-familji kollha esperjenzaw żieda fil-prezzijiet kważi kull ġimgħa f’dawn l-aħħar sitt xhur fejn li xirja medja saret tiswa bejn €120 u €150 fil-ġimgħa.

Il-poplu jitfa l-ħtija għall-għoli persistenti tal-prezzijiet fuq in-negozjanti lokali u ċ-ċirkostanzi internazzjonali. Fil-kuntest ta’ inflazzjoni kontinwa, il-maġġoranza assoluta tal-poplu Malti temmen li l-Gvern għandu jibqa’ jissussidja l-prezzijiet tal-enerġija.

Ekonomija

Sport