In-numru ta’ nies li rkupraw mill-virus matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien jiżboq in-numru tal-każi ġodda, hekk kif minn 2,906 swab test kienu reġistrati 96 każ ġdid filwaqt li fiequ 128 persuna. Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi niżel marġinalment għal 2,034.
Intant filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi rapportati lbieraħ jirriżulta li kien hemm 23 każ ta’ persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ qarib tagħhom diġà pożittiv għall-Covid-19, tmien każi ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, disa’ każi ta’ persuni li kienu ġew f’kuntatt ma’ każi oħrajn pożittivi, u erba’ każi relatati ma’ tlaqqigħ soċjali ma’ każi oħrajn pożittivi.