Monday, October 20, 2025

98 ġuri li ma jistgħux jiġu appuntati

Aqra wkoll

Bħalissa hemm 98 ġuri li ma jistgħux jiġu appuntati minħabba li qed jistennew l-eżitu ta’ proċeduri oħrajn, fosthom kawżi Kostituzzjonali, filwaqt li hemm ukoll 99 att t’akkuża preżentement fil-proċess ta’ eċċezzjonijiet sabiex sussegwetment in segwitu għad-deċiżjonijiet dwar l-istess eċezzjonijiet jiġi appuntat il-ġuri.

Dan ħabbru fil-Parlament il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, Jonathan Attard meta kien qiegħed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici.

Il-Ministru Attard qal ukoll illi sad-9 ta’ Ottubru, 2025 kien hemm 34 ġuri appuntat (39 akkuzat) u 22 ġuri (28 akkuzat) li mmatturaw u li qed jistennew sabiex jiġu appuntati.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport