F’pajjiżna bħalissa hawn 985 jet ski rreġistrat taħt ir-reġistru ta’ Small Ships Register.
Dan ħabbar fil-Parlament mill-Ministru Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, Chris Bonett meta kien qiegħed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.
Il-Ministru Bonett qal li minn dawk irreġistrati hawb 272 li huma ċċertifikati kummerċjalment, u minn dan in-numru 152 huma attivi.
“Biex jet ski jinkera, għandu jkun konformi mar-Regolamenti dwar il-Bastimenti Kummerċjali, li jinkludu l-proċess għall-ħruġ tal-Liċenzja tal-Operatur tal-Water Sports u l-osservanza tat-termini u l-kundizzjonijiet relatati li jridu jiġu rispettati mill-operatur tal-water sports,” kompla jgħid il-Ministru Chris Bonett fil-Parlament.