Monday, December 23, 2024

99 każ ġdid u jfiqu 74 persuna

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li bejn is-Sibt u l-Ħadd feġġew 99 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 74 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. It-total ta’ każi attivi bħalissa huma 870.

Fl-Isptar Mater Dei hemm 45 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-Covid-19, bi tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. 

L-imwiet relatati mal-imxija tal-Covid-19 baqgħu 608 wara li fl-aħħar sigħat ma kien kien reġistrat l-ebda każ ta’ mewt.

Sal-Ħamis filgħaxija kienu ngħataw 1,245,686 dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 344,534 kienu dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport