Manchester City identifikaw lid-difensur ta’ Bologna, Aaron Hickey bħala mira potenzjali ta’ trasferiment fil-futur.
Pep Guardiola għandu bosta għażliet għall-pożizzjoni ta’ difensur xellugi b’Joao Cancelo, Oleksandr Zinchenko u Nathan Ake kollha kapaċi jokkupaw dak ir-rwol.
Madankollu, bil-futur ta’ Benjamin Mendy fl-Etihad Stadium f’dubju sinifikanti, l-Ispanjol jista’ jkun lest li jidħol fis-suq għal wiċċ ġdid.
Il-leaders tal-Premier League qed jikkunsidraw jekk jagħmlux offerta għal Hickey waqt waħda mit-twieqi tat-trasferimenti li ġejjin.
Il-player Skoċċiż ta’ 19-il sena qed igawdi minn staġun produttiv fis-Serie A, fejn skorja erba’ goals minn 19-il dehra fl-ogħla diviżjoni tal-Italja.
Hickey għad fadallu sentejn u nofs fil-kuntratt tiegħu, li jħalli lil Bologna f’pożizzjoni relattivament b’saħħitha, iżda inevitabbilment hemm trasferiment eventwali għal club akbar jistennieh.