L-eks attakkant tat-tim nazzjonali Ingliż Aaron Lennon iddeċieda darba għal dejjem li jitlaq il-logħba tal-football. Dan il-plejer ta’ 35 sena ma rnexxielux isib klabb wara li sal-istaġun li għada kien fit-Turkija ma’ Kayserspor.
Madankollu, wara numru ta’ laqgħat li r-rappreżentant tiegħu kellu ma’ diversi timijiet, l-ebda ftehim ma seħħ u għalhekk Lennon iddeċieda li jgħid daqshekk.
Lennon ipparteċipa f’żewġ edizzjonijet tat-tazza tad-dinja ma’ The Three Lions filwaqt li fil-karriera tiegħu lagħab ma’ Leeds, Tottenham, Everton u Burnley.