Monday, October 14, 2024

Aaron Ramsey jingħaqad ma’ Burnley

Aqra wkoll

Burnley se jkomplu jsaħħu l-iskwadra tagħhom tant li akkwistaw lil Aaron Ramsey mingħand Aston Villa. Dan tal-aħħar għandu 20 sena u wara li kiber fl-akkademja tal-Villains, għadu ġej minn żewġ staġuni f’ The Championship ma’ Norwich City u Middlesbourgh. Hu spikka ferm hekk kif skorja tmien gowls u wettaq erba’ assists f’31 partita.

Sadanittant, Burnley kitbu fil-midja soċjali tagħhom li Ramsey se jkun qed jingħaqad magħhom bil-partitarji numerużi tagħhom jagħtuh merħba b’messaġġi pożittivi.

Sport