Friday, October 11, 2024

Aaron Wan-Bissaka jingħaqad ma’ West Ham

Aqra wkoll

West Ham United iffir­maw lid-difensur Aaron Wan-Bissaka mingħand Manchester United għal £15-il miljun.

Il-player ta’ 26 sena iffirma kuntratt ta’ seba’ snin mal-Hammers.

Huwa kien ingħaqad mar-Red Devils fl-2019 mingħand Crystal Palace għal £50 miljun fejn skorja żewġ goals f’190 partita.

Peró fl-istaġun li għadda huwa ma laħaqx il-livell mix­tieq u għaldaqstant kien qed jiġi kkritikat kontinwament mill-partitarji. 

Iżda huwa ngħata kum-pens mill-United biex iħalli l-club.  

Dan huwa t-tmien ak­kwist tas-sajf ta’ West Ham, u jingħaqad ma’ Jean-Clair Todibo, Crysencio Summerville, Luis Guilherme, Niclas Fullkrug, Wes Fode­ringham, Max Kilman u Guido Rodriguez.

Sport