Sunday, November 24, 2024

“Abbozz ikkupjat minn kunċetti li lanqas japplikaw għas-sistema legali tagħna”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Aħna rridu npoġġu bilqiegħda lil hinn minn dak li għamilna diġà. L-abbozz ippreżentat huwa kkupjat minn kunċetti li lanqas japplikaw għas-sistema legali tagħna. Jien ma naqbadx artiklu mill-kodiċi Taljana u ma nagħmluhx fil-kodiċi Maltija qabel nara x’hemm fil-kodiċi tagħna”, Spjega dan il-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis waqt id-diskussjoni b’rabta mal-abbozz ta’ liġi ppreżentat mill-Oppożizzjoni.

Il-Ministru Zammit Lewis qal li l-gvern ma jipprovax idaħħal reat fil-kodiċi kriminali fejn jidħol assoċjazzjoni mafjuża biex jipprova jpoġġi kultura ħażina ta’ pajjiż ieħor f’pajjiżna biex ittellef l-investiment u tkisser ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna.

Zammit Lewis qal li l-ipokrezija tal-Oppożizzjoni tista’ tiġi kkwotata f’diversi artikli mill-passat u qal li Partit Nazzjonalista fil-gvern kien moħħu biex jibqa’ mqabbad mas-siġġu tal-poter. Huwa qal li minn naħa l-oħra għandek l-amministrazzjoni Robert Abela li survey wara l-ieħor jibqa’ jikseb l-appoġġ tal-poplu filwaqt li jibqa’ jgħaddi l-liġijiet.

Sport