Saturday, December 21, 2024

Abela jżid, Grech inaqqas

Aqra wkoll

Id-distakk bejn il-PL u l-PN ikompli jikber

Stħarriġ wara ieħor baqa’ juri appoġġ b’saħħtu għall-Prim Ministru Robert Abela,  bil-mexxej Laburista baqa’ jitqies bħala l-iktar politiku fdat bit-tmun tal-pajjiż. 

Meta applikata l-Multiple Imputation Technique, Robert Abela huwa fdat 21.5% aktar mill-Kap Nazzjonalista Bernard Grech. 

Waqt li 52.2% wieġbu li jafdaw lil Robert Abela, ftit inqas minn terz tal-elettorat (30.7%) jemmen li Bernard Grech huwa l-aħjar mexxej biex imexxi l-pajjiż. L-istħarriġ juri li waqt li 12.8% wieġbu li ma jafdaw lil ħadd, 3.0% qalu li ma jafux u 1.3% wieġbu li jafdaw oħrajn.

Min taħseb huwa l-aħjar mexxej biex imexxi l-pajjiż? 

Fost il-votanti li vvutaw lill-Partit Laburista fl-aħħar elezzjoni ġenerali (2017), 88.6% qalu li jafdaw l-aktar lil Robert Abela, 2.5% wieġbu Bernard Grech, 5.9% qalu li ma jafdaw lil ħadd, 1.7% wieġbu li ma jafux, 1.3% wieġbu oħrajn.

Votanti tal-Partit Laburista fl-2017: Min taħseb li huwa l-aħjar mexxej biex imexxi l-pajjiż?

Fost il-votanti li vvutaw lill-Partit Nazzjonalista fl-aħħar elezzjoni ġenerali (2017), 75.4% wieġbu li jafdaw lil Bernard Grech, 7.2% għażlu lil Robert Abela, 2.2% wieġbu li ma jafux, 11.0% qalu li ma jafdaw lil ħadd u 2.2% wieġbu li ma jafux. 

Votanti tal-Partit Nazzjonalista fl-2017: Min taħseb li huwa l-aħjar mexxej biex imexxi l-pajjiż?

Meta sar l-istħarriġ?

Dan l-istħarriġ sar b’kampjun ta’ 750 persuna b’confidence level ta’ 95% u marginal of error ta’ +/- 3.6% fost persuni li għandhom ’il fuq minn 16-il sena. Għal dan l-istħarriġ intuża l-metodu tal-istratified random sampling, biex b’hekk il-kampjun miġbur kien imqabbel b’mod preċiż mal-etajiet tan-nies, id-distretti u s-sess tagħhom.  

Ekonomija

Sport