Sadanittant, f’kumment lil dan il-ġurnal, Dr Robert Musumeci, senior lecturer tal-liġi pubblika, qal li “l-Partit Laburista reġa’ kiseb ir-rilevanza tiegħu meta għaraf li l-politika m’għandhiex tinbena fuq il-konfront, ix-xettiċiżmu u l-kunflitt soċjali, iżda fuq l-abbiltà li timmotiva lin-nies, huma min huma.
Din it-triq fetħilha Joseph Muscat u komplieha Robert Abela. Grazzi biss għal din l-għażla li l-Partit Laburista baqa’ b’saħħtu u rilevanti.”



